? Ferħ, hena, saħħa: 1. Paċi ta’ ġewwa. 2. Ikseb sodisfazzjon mill-għajnuna u l-appoġġ għall-Oħrajn. Relazzjonijiet. 12R.tv❌✅ Nawgura Lilkom, Lili nnifsi u Oħrajn li fi tmiem is-sena d-dieħla, kull wieħed Minna jista’ jgħid: “2022 kienet l-aqwa sena ta’ ħajti ??”. Marcin Ellwart
Bniedem
Il-Bnedmin (Umani) huma primati fl-ispeċi Homo sapiens (bil-Latin; ‘Raġel għaref’), fil-ġeneru mammiferi, fil-klassi Mammalia, fil-familja Hominidae.
L-Umani għandhom moħħ żviluppat ħafna li jippermetti raġunamenti astratti, il-lingwa u introspezzjoni (li tikkuntempla lilek innifsek, u mhux tosserva madwarek biss). Dan, flimkien ma’ ġisem wieqaf li jippermetti l-użu ħieles tal-idejn ippermetta lil bnedmin sabiex jagħmlu użu kbir ta’ għodod.
Bħal ħafna primati oħra, l-umani huma ta’ natura soċjali u jħobbu joqogħdu miġburin flimkien. Barra minn hekk, kapaċi jużaw ħafna tipi ta’ kommunikazjoni. Il-bnedmin, matul is-snin u jibqgħu fil-futur, jikkreaw strutturi soċjali kumplessi magħmula minn gruppi ta’ individwi li jikkooperaw flimkien u jikkompetu ma’ xulxin. Id-daqs ta’ dawn il-gruppi jvarja minn ftit individwi għal nazzjonijiet sħaħ b’miljuni ta’ nies. It-taħlit bejn dal-gruppi ħoloq matul iż-żminijiet varjeta’ kbira ta’ tradizzjonijiet, ritwali, etika, valuri, użanzi, normi soċjali u liġijiet li kollha jiffurmaw l-bażi tas-soċjetà umana.
Wikipedia.org:
https://mt.m.wikipedia.org/wiki/Bniedem
Lingwa Maltija
Il-Malti huwa l-ilsien nazzjonali tar-Repubblika ta’ Malta. Huwa l-ilsien uffiċjali flimkien mal-Ingliż; kif ukoll wieħed mill-ilsna uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Dan l-ilsien għandu sisien u għerq semitiku, ta’ djalett Għarbi li ġej mill-Afrika ta’ Fuq, għalħekk qatt ma kellu rabta mill-qrib mal-Għarbi Klassiku. Iżda tul iż-żminijiet, minħabba proċess tal-latinizzazjoni ta’ Malta, bdew deħlin bosta elementi lingwistiċi mill-Isqalli, djalett ta’ art li wkoll għaddiet minn żmien ta’ ħakma Għarbija. Wara l-Isqalli beda dieħel ukoll it-Taljan, fuq kollox fiż-żmien tad-daħla tal-Kavallieri tal-Ordni ta’ San Ġwann sa meta l-Ingliż ħa post it-Taljan bħala l-ilsien uffiċjali fil-Kostituzzjoni Kolonjali tal-1934.